Mal-aħbar tat-telfa ta’ Monica Attard li tħabbret dalgħodu, bosta qraba, ħbieb, ammiraturi, u nies li ħadmu magħha esprimew id-dieqa li ġabitilhom din l-aħbar.

“Ħasda mill-kbar dalgħodu. Xtaqt li kienet ħolma. Vera li l-qalb teħber. Il-bieraħ is-Sibt, fil-11.08 ta’ filgħodu ċempiltilha darbtejn fuq iż-żewġ mobiles tagħha biex nara kif inhi. Ma kelliex tweġiba. It-tweġiba ħadtha dalgħodu. Bosta memorji sbieħ għaddew minn moħħi. Kienu bosta l-produzzjonijiet li ħdimna flimkien tul iż-żmien. Dejjem kienu esperjenzi li ma ninsihom qatt. Tlifna ikona oħra kbira tat-teatru u t-televiżjoni. Sa ma nerġgħaw niltaqgħu Monica, strieħ fis-sliem. Żgur li issa qiegħda f’post aħjar bla tbatija”, kiteb l-attur Mario Micallef.

Il-fotorgrafu Darrin Zammit Lupi, qasam ritratt tal-attriċi, u qal “tlift kont ta’ kemm-il darba ħdimt, u ħadt gost naħdem ma’ Monica billi noħdilha r-ritratti waqt li kienet fuq il-palk”.

 

Darrin Zammit Lupi


Nicole Zammit