Bosta Maltin segwew il-vjaġġ eċitanti ta’ David, Ray George u Nicolas, mill-ewwel episodju, sal-aħħar episodju li se naraw illejla, u finalment naraw min hu l-ewwel rebbieħ ta’ Masterchef Malta! L-aħħar programm se jixxandar illejla fuq TVM fid-9:00p.m.

It-tliet irġiel, minkejja li professjonalment m’humiex koki, xorta rnexxielhom jippreparaw ikel tal-ogħla livelli matul il-programmi li rajna, li eventwalment wassluhom s’hawn, u li xi nies idumu snin jippruvaw jipperfezzjonaw. Minkejja li se jkun hemm biss rebbieħ wieħed illejla, xorta għandhom biex ikunu kburin!

Awguri, David, Ray George u Nicolas!


Nicole Zammit