Illum huwa jum importanti għall-kantanta Amber u għat-tim tagħha hekk kif inħareġ il-vidjow mużikali tal-kanunetta Għanja Lil Ġużi’. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook Amber qalet, “Għanja lil Ġużi' hija għal kull min iħobb bi mħabba bla qies u bla ebda kundizzjoni.”

Kompliet billi żiedet tgħid, “Grazzi kbira lil Elton Zee li emmen fil-viżjoni tiegħi mill-ewwel. Lil tribe, u lill-crew kollu għal vidjow mużikali emozzjonanti. Grazzi lill-mużiċisti kollha, lill-ġenituri u t-tfal li kienu parti minn dan il-vidjow. Fl-aħħar u mhux l-inqas lil Olwyn Jo, l-ispalla tiegħi f’kollox.”

Prosit kbira ta’ din il-kanzunetta tant sabiħa u ta’ dan il-filmat emozzjonanti. Tistgħu taraw il-vidjow uffiċjali hawn:

Facebook/Amber


Charlton Cefai