Koppja Maltija li bla ebda dubju ta’ xejn m’għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni huma l-atturi veterani Paul u Vivienne Caruana. Illum huwa jum speċjali għan din il-koppja hekk kif qed jiċċelebraw id-39 anniversarju tagħhom hekk kif ingħaqdu fiż-żwieġ nhar il-5 ta’ Mejju tal-1985.

Kien proprju t-teatru li laqqagħhom u nfatti għadhom sal-lum il-ġurnata jidhru f’proġetti għat-televiżjoni flimkien. Bħalissa qed jinterpretaw żewġ karattri ħelwin immens fis-sensiela Ta’ Gerit. Nafuhom ukoll mis-sensiela Iċ-Ċaqqufa u Feliċi fost l-oħrajn.

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlkom f’dan il-jum tant speċjali għalikom, u nittamaw li kellkom ġurnata mill-isbaħ eżatt kif tixtiequ intom. Awguri wkoll għall-aktar snin ta’ kuntentizza.


Charlton Cefai