B’suċċess ftit jiem ilu Neil Agius irnexxielu jgħum bejn Sqallija u Malta. Iżda fil-passat kien hemm min prova wkoll u ma rnexxilux.

F’Awwissu tal-1933, l-għawwiem leġġendarju Turu Rizzo prova jgħum bejn Sqallija u Malta. Sfortunatament kellu jieqaf wara 24 siegħa minħabba l-maltemp, li ovvjament kien ta’ risk għal ħajtu. Sa dak il-ħin kien laħaq għamel 34 kilometru ta’ għawm.

Fost is-suċċessi oħra ta’ Turu Rizzo hemm l-għawma li għamel bejn Għawdex u Malta fi 11-il siegħa fl-1926. Apparti minn hekk, f’Settembru ta’ 1929 hu għamel 68 siegħa u 18-il minuta fil-baħar.

Facebook/The National Archives of Malta


Nicole Barbara