David Borg u Michael Debono kellhom karrieri differenti qabel maż-żmien, ħassew is-sejħa tal-vokazzjoni saċerdotali. David qal li fiż-żmien li qatta' fil-każin, ħajtu kienet imdawra mal-arti u t-tfittxija għas-sbuħija.

Min-naħa l-oħra, Michael Debono qal li fl-istudju tiegħu tax-xjenzi, dejjem issorprenda ruħu bis-sbuħija li mdawrin biha, imqar meta tħares minn mikroskopju jew teleskopju, żgur timpressjona ruħek b'dak li tara.

Maż-żmien, ħassew li l-Mulej sejħilhom biex ikomplu jfittxu dak li hu sabiħ bħala saċerdoti... Illum qed iwieġbu iva! Xi ġmiel ta' stejjer!

Awguri lilkom tassew!

Ritratt: Facebook/ Seminary Vocations


Clifford Galea