Li żżomm relazzjoni soda u l-imħabba tibqa' b'saħħitha jiġri x'jiġri faċli tgħidha. Biex tasal għall-fatti, storja oħra! 

Madanakollu dan il-filmat li ttella' fuq il-midja soċjali jagħti tama u sens pożittiv ta' kif inħarsu lejn l-għaqda u r-rabta li ġġib magħha l-imħabba! Sid il-filmat jikteb: "Ġbidt din ix-xena illum. Imħabba sal-aħħar. Xhieda ta' mħabba. Lezzjoni għalina lkoll". 

Waqt il-ġbid ta' din ix-xena mill-isbaħ ta' din il-koppja anzjana labranzetta, jgħid ukoll kemm huma ta' ispirazzjoni għalina. Hekk hu fil-fatt... kulħadd jixtieq isib ix-xorti li jkollu imħabba dejjiema!


Kyle Zarb