Mark Laurence ħafna jafu li kien single u fuq Ħadd Għalik, Angie Laus kixfitlu ftit il-borom! Għalkemm fuq il-profilt ta' Facebook Mark jgħid li hu single, jidher li m'għadux! Milli jidher Angie staqsiet xi ħaġa lil Mark u hu wieġeb, "il-mistoqsija tiegħek kienet timplika li għadni ma għabbejtx u mhux bilfors!"

Meta Angie staqsiet jekk għandux xi għarusa, ir-rispota ta' Mark kienet sempliċiment "jista' jkun". Donnu l-biċċa xogħol għadha kemxejn fil-bidu imma ta' Ħadd Għalik spiċċaw biex kellhom intervista qasira mat-tfajla ta' Mark li taħdem WE Media wkoll! It-tfajla ta' Mark, Deborah tgħid li ma kinitx timmaġina li kienet se tkun it-tfajla tiegħu! 

B'daħka fuq fommha tgħid li ommha minn dejjem kellha grazzja miegħu u donnu li kuntenta aktar minnha li qed toħroġ ma' Mark! Naħseb riedet tgħid li tinsab forsi ftit eċitata li taf li t-tifla tagħha qed toħroġ ma' xi ħadd li tammira! Insomma aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Mark u lil Deborah f'din ir-relazzjoni! 

Facebook / Mark Laurence Zammit


Emil Calleja Bayliss