Il-preżentatur u attivist favur l-ambjent Owen Bonnici qasam fuq il-paġna uffiċjali tiegħu filmat dwar kif il-poplu jista' jiċċelebra l-festi b'tali mod li jibża' għall-ambjent u jkun sostenibbli.

Fil-fatt hu ġab eżempju ta' dilettant tal-festa fittizju, li qiegħed anke fil-kumitat tal-festa. Dan ħareġ b'diversi ideat kif flimkien ma' sħabu, juri lill-poplu kif jiċċelebra l-festa b'mod sostenibbli. 

Fost l-ideat brillanti li kellu, kienet tat-tazza bl-emblema tal-festa li tista' terġa' tintuża. Din tevita l-ammont enormi ta' tazez tal-plastik li n-nies jużaw u jarmu kull darba. Apparti minn hekk Owen, jissuġġerixxi biex dak li jkun anke jieħu kontenitur tax-xorb tal-metal mid-dar, u jixrob minn ġo fih, minflok kull darba li jixrob juża tazza tal-plastik oħra.

X'taħseb minn dawn l-ideat?


Kyle Zarb