Filmat ta’ anzjan ta’ 101 għamel dawra sew fuq il-midja soċjali hekk kif ħareġ ma’ anzjana oħra għall-ewwel darba! Wieħed jistenna li ta’ 101 l-anzjan ma jkollux ħsieb li jibda jiltaqa’ ma’ xi ħadd iżda l-anzjan Eric kemxejn differenti.

Għal 101, l-anzjan għadu b’saħħtu u jasal fuq il-post flimkien man-neputi tiegħu. Fil-verità l-anzja qed ifittex ftit kumpanija. Hu jiddiskrevi kif fil-passat, waqt xi żifna kien ikun jaf mill-ewwel jekk it-tfajla tolqtlux jew le, għax subgħajh jibdew inemmnu.

L-anzjan jistqarr li qed ifittex lil xi ħadd għall-kumpanija, xi ħadd li jkun hemm. Norma, li għandha 84 sena tgħid ikun sabiħ li kieku tiltaqa’ ma’ xi ħadd li jkun jista’ jagħtiha xi ċempila, jew imorru jieklu xi ħaġa flimkien.

Norma taħseb li Eric għandu ftit ’il fuq minn 80 u tkun ixxukjata u anqas tkun trid temmen li għandu 101. L-anzjani jiċċajtaw ma’ xulxin u joħrġ ċar kemm ftit kumpanija taf tkun l-aqwa terapija għall-anzjani.

Hu sabiħ li jara anzjani f’dan l-ambjent u minn hawn nieħdu spunt biex dak li jkun iżur familjari anzjani u jikkomunika magħhom fuq bażi regolari. Kultant sempliċiment telefonata taf tagħmel differenza kbira, aħseb u ara żjara.


Emil Calleja Bayliss