Ħafna minnkhom diġà jafu li lbieraħ iċ-ċkejkna ta’ Ben Camille u Xtina Camilleri Elle għalqet sena! 

M’hemmx dubju li din kienet ġurnata speċjali oħra għall-familja ta’ Ben u Xtina. Ovjament kien xieraq li din l-okkażjoni jiċċelebrawha flimkien. Ben xeħet filmat fuq il-Facebook u tana togħma ta’ kif il- “kuċċla pie” qattgħet għeluq sninha. “Qattajna ġurnata nilagħbu flimkien ma’ Elle u organizzajna wkoll festin żgħir mal-familja tagħna” - Ben Camille. 

gf

Fil-fatt Elle kellha wkoll il-quċċija! Jidher li Elle ħa jkollha ħajjitha mimlija għaliex waqt il-quċċija qabdet bajda! Tistgħu issegwu aktar f’dan il-filmat biex taraw b’għajnejkhom stess. 


Kyle Zarb