Ashley Peschel jaqsam żewġ filmati kompletament differenti minn xulxin ta' żewġ sitwazzjonijiet li diversi Maltin qegħdin jiltaqgħu magħhom meta jiġu biex jikru proprjetà. Filmati li juru l-frustrazzjoni li qed isibu ruħhom fiha diversi nies li jiddeċiedu li jikru.

@pescheltalks Meta tipprova tikri flat f’Malta #comedymalta #maltesecomedy #maltafyp2023 #maltacomedy2023 #peschel ♬ original sound - Ashley Peschel

Hu jippreżenta sitwazzjoni ta' Malti li jċempel biex jikri post iżda l-prezz preżentat huwa ferm iżjed mill-prezz reali, dan għaliex il-prezz li jkun qed jiġi reklamat huwa ta' snin ilu. B'hekk dak li jkun jieħu xokk xħin jiskopri l-prezz il-ġdid u jiddeċiedi li mhux il-post li jgħodd għalih.

@pescheltalks Meta tipprova tikri flat f’Malta 2 #comedymalta #maltesecomedy #maltafyp2023 #maltacomedy2023 ♬ original sound - Ashley Peschel

Is-sitwazzjoni l-oħra li Ashley jippreżenta hija li wieħed iċempel, jingħata l-prezz iżda ladarba min qed jikri jiskopri li min qed iċempel hu Malti, dan jgħidlu li ma jikrix lin-nies Maltin. Sitwazzjoni li qed twassal għal tħassib fis-suq lokali.

Għidulna, intom ġieli lltqajtu ma' sitwazzjoni bħal din?


Emil Calleja Bayliss