Dalgħodu fuq 103FM, tħabbar li Ronald Briffa jinsab taħt kwarantina jew inkellha aħjar kif qed isejħilha hu kwarontina! Kwarantina ta' Ron li jispera li tkun fih ħafna aktar gost minn kwaratina normali.

Nagħmluha ċara li Ron mhux pożittiv għall-Covid-19, iżda kien jinsab ġo bini fejn kien hemm xi ħadd pożittiv u bħala miżura ta' prekawzjoniji Ron kellu jidħol fi kwarantina mandatorja.

Arthur Caruana, spiċċa sabiex ħa l-programm tiegħu fuq 103Fm ta' kull filgħodu u b'hekk qed jingħaqad hu mas-semmiegħa tal-istazzjoni. Hu qal li jirritorna mas-semmiegħa fil-11 ta' Diċembru jekk kollox jibqa' kif inhu.

Il-mistoqsija tqum, min ħa jkun qed jippreżenta l-programm Serataron tal-ġimgħa filgħaxija. Ron jgħid li qed jaħdmu sabiex il-programm jibqa' għaddej bħas-soltu iżda ma tantx jiżvela aktar dwar dak li ħa jiġri.


Emil Calleja Bayliss