Ray Attard jispiċċa kważi jitkeċċa 'l barra mill-ħanut għax donnu kull regola tal-Covid-19 kien ħa jiksirha, kien ħerqan wisq biex jidħol għas-servizzi li toffri l-partner tiegħu Diane Nikolic. F'dan il-filmat li tellgħat fuq il-midja soċjali lbieraħ, Diane turi l-prattiċi li ħa jkunu fis-seħħ fil-ħanut tagħha u wkoll fi ħwienet oħra li joffri bosta servizzi, inkluż dawk tas-sbuħija.

Għalkemm dan il-filmat, żgur mhux forsi ħa jnissel tbissima fuq fomm dak li jkun, qed hemm sabiex jgħallimna nkunu aktar prattiċi f'din is-sitwazzjoni waqt li ninqdew xorta waħda. B'hekk nassiguraw li nkunu siguri aħna u wkoll il-ħaddiema li qed nagħmlu kuntatt magħhom. Hija responsabiltà tagħna li nieħdu ħsieb xulxin.


Emil Calleja Bayliss