Keith Demicoli, il-personalità maħbuba, li dejjem narawh bi tbissima fuq wiċċu iżda tul ħajtu Keith għadda minn diversi esperjenzi li tista' tgħid kienu ta' prova. Esperjenzi li għenuh jimmatura qabel iż-żmien. Esperjenzi li tgħallem aktar dwar il-ħajja u kif iħares lejha.

Keith jitkellem dwar it-telfa ta' missieru meta hu kien għadu tfal. Forsi, numru ta' nies jafu dwar din it-telfa iżda din id-darba Keith jidħol ftit aktar fid-dettal u jitkellem dwar dawk li sab qribu f'dan iż-żmien.

Hu jitkellem ukoll dwar meta sar missier, missier żagħżugħ li prova minn kollox biex isalva r-relazzjoni tiegħu mat-tfajla tiegħu iżda donnu ma kienx imnalla. Dwar dan Keith jistqarr ukoll kemm hu importanti li l-awtoritajiet jagħrfu l-importanza tal-missier f'ħajjet it-tifla. Hu jħoss li ma kellux ħin biżżejjed ma' bintu wara li ma baqax ma' ommha.

Barra minn dan, Keith jitkellem ukoll dwar il-bidla fil-karriera tiegħu u kif reġa' bil-mod spiċċa fid-dinja tat-televiżjoni. In-nies iħobbuh immens u ċertament il-karattru ferrieħi tiegħu jinżel tajjeb immens mat-telespettaturi kollha.

Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 25 ta' Marzu, mit-20:00 'l quddiem.


Emil Calleja Bayliss