Ilbieraħ waqt iċ-Chair Challenge tal-kategorija tal-BOYS, kien hemm diversi mumenti li mhux se jintesew mit-telespettaturi. Ibda biex kien hemm bosta talent li tant paxxa l-widnejn, u ħafna diġà jidher li għandhom il-favoriti tagħhom.

Madanakollu waqt il-prestazzjoni ta' Giosue Agius kien hemm xi ħaġa li spikkat, minn qabel biss beda jkanta. Fil-fatt malli Giosue qal lil Howard li se jkanta kanzunetta ta' Albano, ir-reazzjoni tiegħu kienet waħda inċerta. Jidher li mhux kantant li tant imdorri jisma'. 

L-aqwa mument kien xħin qabżet Philippa u qalet, "Qas naf min hu Albano!" Il-kumment tagħha għamel ħoss kbir fuq il-midja soċjali minnufih! 


Gwida.mt