Hekk kif il-klima tat-tazza tad-dinja bdiet u kull ma jmur qed tinħass iżjed, it-tim nazzjonali Malti qed juża dan il-perjodu biex jipprepara ruħu permezz ta' żewġ partiti ta' ħbiberija kontra l-Greċja u l-Irlanda.

Ta' sikwit logħob bħal dawn jattirraw diversi nurseries u tfal membri tagħhom. Plejers ċkejknin min-nursery tal-Fgura dehru jifirħu mill-qalb mal-gowl ta' Malta waqt partita ta' ħbiberija.

Fil-filmat jidhru jaqbżu u jgħajjtu bil-ferħ u bl-emozzjonijiet li ħassew malli l-plejers Maltin skurjaw. Huwa importanti li ż-żgħar minn ċkunithom jitgħallmu jappoġġjaw dak li hu Malti u juru rispett u lealtà lejn pajjiżhom.

Araw daqsxejn fil-filmat ir-reazzjoni mill-isbaħ tagħhom!


Kyle Zarb