Melanie Kelly, tlaqqana ma’ Peppi Azzopardi. Preżentatur lokali b’qalb tad-deheb li m’għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni għax għamel snin jidħol fid-djar tagħna ta’ kull ġimgħa, il-ġimgħa filgħaxija.

Peppi, li jagħmel ħafna għall-proxxmu, u jħoss, juri empatija għas-sorijiet, bħal per eżempju s-sorijiet tal-Ursolini.

"Waqt li qegħdin hawn, hemm is-sorijiet tal-Ursolini per eżempju, qegħdin jieħdu ħsieb lit-tfal kuljum, bil-lejl u bi nhar. Dawn ibatu, għaliex f'daqqa waħda, għandek tifel jew tifla, rabbejtu għal seba' snin, tmien snin. Jiġu u jeħduh."

Peppi jirreferi għal Suor Michela, li kienet ukoll fuq Kellymni, u l-kanzunetta li kkompetew biha Eklesia Sisters fil-MESC 2015. "Fil-kanzunetta jirrakkuntaw storja, li dawn iħallulhom il-ħaxix wara l-bieb, u kien hemm kaxxa tal-banana, daħlitha s-soru, u kien hemm tarbija... tarbija ta' xi jumejn."

Peppi jsemmi l-empatija li jħoss anke għal dik l-omm li titlob li t-tarbija li kellha tħalli wara l-bieb tal-kunvent, tinsab mrobbija b'għożża. Segwi aktar hawn taħt:   


Gwida.mt