Fuq il-paġna tagħna wasslilna dan il-filmat fejn żewġ persuni spiċċaw f'ambulanza fi triqthom lejn l-isptar wara li persuna mis-Sudan jidher li ħebb għax-xwejħa u anke weġġa' xi nies oħra ġewwa l-Ħamrun.

S'issa mhux mifhum x'inqala u għaliex seħħ dan. Jindika li l-persuna mis-Sudan li kienet wara dan l-attakk tinsab miżmuma mill-pulizija, fejn qed jipprovaw jistabbilixxu x'ġara eżatt. Numru ta' Maltin qed juri t-tħassib tagħhom dwar l-imġiba ta' ċertu persuni barranin ġo pajjiżna.

Hemm min qed jirrimarka li hemm bżonn ta' aktar sigurtà f'postijiet bħall-Ħamrun. Taqbel ma' dan int?

Facbeook / Noel Apap


Emil Calleja Bayliss