Toni Busuttil, għada t-Tnejn, jingħaqad ma' Melanie Kelly fuq Kellymni - il-Podcast ta' Gwida. Toni se jiftaħ qalbu dwar id-diversi esisodji ta' dipressjoni li għadda minnhom u bl-iktar mod sinċier u onest jitkellem dwar l-imħabba lejn ommu.

Imħabba kbira li kif jixhed kliemu, sabha diffiċli mmens sabiex jaċċetta l-fatt li ommu ħallietna. Toni jitkellem kif affettwatu din it-telfa u wkoll jaqsam sinjali li beda jiltaqa' magħhom li ommu tinsab miegħu tipproteġih.

Minkejja dawn is-sinjal, hu jistqarr li din it-telfa reġa' waslitu biex jaqa' f'dipressjoni kiefra u li beda jsib saqajh riċentament. Minkejja li lil Toni ħafna drabi narawh jitbissem, il-ħajja ma tantx tbissmitlu.

F'dan il-podcast se ssiru tafu lil Toni Busuttil mill-viċin u se tiskopru kemm l-imħabba lejn l-għażiża mibkija ommu kienet kbira. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida.mt bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 27 ta' Jannar, mit-20:00 'l quddiem.


Emil Calleja Bayliss