Waqt Kellymni tal-ġimgħa l-oħra, il-preżentatriċi Melanie Kelly titkellem ma’ Immanuel Balzan, il-kantant lokali li beda jirritorna lura fix-xena lokali tul dawn l-aħħar xhur.

Ritorn li żgur ma kienx faċli għalih, imma reġa’ qed jagħmel dak li tassew iħobb jagħmel – il-mużika. Lil Immanuel ħafna jafuh bħala Tristan B fix-xena mużikali iżda wara l-kantant hemm storja li ħafna drabi ftit nies ikunu jafu eżattament x’inhi.

Immanuel jgħid dwar kif ġiet affettwata l-karriera mużikali tiegħu meta żbalja u ħallas ta' għemilu. "Illum li ġejt lura fix-xena mużikali, irrealizzajt iktar x'għamilt dakinhar... Wara l-passat, wara li għamilt l-iżball u pattejt għalih, ma kinitx faċli nerġa' lura fix-xena mużikali. Ħadd ma għalaqli l-bieb imma ħadd ma fetaħuli."

Segwu Kellymni hawn taħt biex tiskopru aktar dwar dan il-kantant lokali li qed jirritorna bil-mod f’din ix-xena.


Gwida.mt