Lorinda Mamo, omm Henry, hija l-mistiedna li jmiss ta' Melanie Kelly fuq Kellymni. Ħafna jafuha fuq instagram bħala A Bird with a French Fry. Ħa nsiru nafuha aktar mill-qrib, ħa nsiru nafu l-istorja ta' binha Henry u l-isfidi kollha li jaffaċċja.
Hi titkellem dwar l-isfidi ta' saħħa li affaċċjat hi stess waqt li t-tifel tagħha kellu bżonnha l-aktar minħabba l-problemi li kien jaffaċċja. Ħa nsiru nafu l-element uman u nifhmu aħjar kif il-kundizzjoni ta' Henry tħalli impatt fuq ħajtu, tant li ta' kuljum irrid jgħaddi minn proċedura sħiħa.
Lorinda taqsam ukoll kif tħares lejn il-ħajja, hi tħares lejha minn lenti pożittiva u b'hekk tapprezza l-iżjed affarijiet bażiċi fil-ħajja. Kultant ma tantx nirrealizzaw kemm aħna xxurtjati li ma għandniex ċerti sfidi u dan l-episodju ta' Kellymni ħa jurina dan bl-aktar mod ċar.
F'dan il-podcast ħa nifhmu aħjar min hi Lorinda, ħa nifhmu d-dedikazzjoni kbira li għandha lejn binha u s-sagrifiċċji li jrid jagħmel Henry minkejja l-età żgħira tiegħu. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida.mt bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 10 ta' Novembru, mit-20:00 'l quddiem.