Waqt Kellymni kienet mistiedna Maria Formosa, mart Bjorn Formosa, fejn tkellmet dwar ħajjitha, kif saret taf lil Bjorn, kif bdew ir-relazzjoni tagħhom, iż-żwieġ u l-ħidma bla waqfien tagħhom għal DAR Bjorn.

Fost l-avvenimenti li rrakkuntat kien il-mument li Bjorn qalilha li jixtieq jiżżewwiġha, propju f'mument fejn kienet taf li ser jiġi intervistat, hi trid titkellem ukoll u se jkollhom il-kameras jiġbdu fuqhom. 

"Morna Londra biex jiġbor premju... qalli, 'ġejjin tal-kameras magħna biex jiffilmjaw din li ħa niġbor il-premju'... qaluli, 'ħa neħdulu intervista'...", tirrakkonta Maria. Tgħid li s'hemm ma ġara xejn. Eventwalment it-tim qalilha li kellhom isibu bank vojt, biex jiġbdu din l-intervista.

Hekk kif sabu bank, Maria ndunat li Bjorn qed jistaqsieha għaż-żwieġ waqt li kien hemm il-kameras! 

"Sibna dal-bank u kelli noqgħod bilqiegħda ħdejh biex iġibu l-istampa tajba. Sakemm qiegħda bilqiegħda jien qed nistenniehom ejja ħa neħilsu, lanqas naf x'beda jgħidli, nisimgħu iparla, 'għax jien irrid niżżewġek'. Bdejt nibki u nibki!'

Araw aktar kif irreaġixxiet, u meta eventwalment aċċettat li jiżżewġu! Mument ħelu immens!


Gwida.mt