Fgura United FC xerrdu filmat waqt sessjoni tal-kunsill tal-plejers. Kull seduta jgibu xi ħadd ikellem lit-tfal fuq l-idea ta' tmexxija. Din id-darba tkellem magħhom Rennie Zerafa, li hu CEO ta' Puttinu Cares.
Rennie jistaqsi lit-tfal lil min iridu jkunu jħobbu l-ewwel biex ikomplu mexjin 'il quddiem fil-ħajja. It-tfal isemmu lill-familja, lil Ġesù, u jweġibhom li kollha huma ideat importanti u tajbin. Madanakollu, l-messaġġ li xtaq iwassal dakinhar kien li huma jħobbu lilhom infushom.
"Meta tħarsu lejn il-mera, u tgħidu, 'jien minix kuntent b'dak li qed nara', jew 'dak narah aħjar minni', hemm problema. L-Ewwel ma rridu nkunu, kuntenti b'dak li naraw fil-mera", jgħid Rennie. Hekk kif it-tfal kienu jsegwuh b'attenzjoni, jidher li ċertament il-messaġġ wasal.
Kemm hu sabiħ li ngħallmu lit-tfal minn ċkunithom biex japprezzaw u jħobbu lilhom infushom.