Il-preżentatriċi Abigail Malli waqt episodju minn Rolling xtaqet tqajjem punt. Fil-fatt titkellem dwar kemm mara ma tiħux gost meta jsejħulha 'Sinjura'. Dan wara li Carlos b'ton umoristiku qalilha, "Sinjorina, Sinjura... Għadek Sinjorina?"

Minn hemm Abigail xtaqet tagħmel appell lill-pubbliku, speċjalment l-irġiel. "Nobgħod min jgħidli 'Sinjura', meta jċempluli tas-surveys jew whatever, 'Sinjura' aqtgħuha. L-ebda mara ma tieħu pjaċir... insewha tas-'Sinjura', boys. Aqtgħuha!" 

Wieħed mill-atturi waqt il-programm Rolling iddeċieda li jiġbdilha ftit saqajha u weġibha, "Skużani, Sinjura!" Araw dan il-mument ħelu!


Kyle Zarb