Melanie Kelly, tlaqqana ma’ Peppi Azzopardi. Preżentatur lokali b’qalb tad-deheb li m’għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni għax għamel snin jidħol fid-djar tagħna ta’ kull ġimgħa, il-ġimgħa filgħaxija.
Apparti minn hekk jitkellem dwar il-familja tiegħu li tant jgħożż. Isemmi fost l-oħrajn il-mument li twieled in-neputi tiegħu Gianluca, u sar nannu. Episodju importanti u speċjali immens f'ħajtu.
"Kont ngħid li fuq il-mobile ikolli ritratt ta' Mandy, persuna li l-iktar inħobb, u kont ngħid li ma nbidlux, ma nagħmel ritratt ta' xejn iktar. Imma fil-verità met twieled biddiltha! Qas qatt ma kont nemmen," jgħid Peppi.
Isemmi anke kif dakinhar li sar nannu, kellu jgħaddi mill-awdizzjoni biex jinterpreta l-karattru tan-nannu ta' Peppa Pig, fil-verżjoni bil-Malti. Segwi aktar hawn taħt: