Florina hi persuna b'wieħed mill-iktar karattri li baqa' maħbub waqt it-tieni staġun ta' Master Chef Malta. Ħafna jiggustawha speċjalment meta tirrakkonta xi żbalji li ħadet meta kienet għadha qed titgħallem il-Malti.

Waqt Manicolo & Co ħolqot tbissima meta rrakkuntat kif tfixklet żewġ kelmiet bil-Malti li jfissru totalment differenti! Flok "Ejja ngħoddu flimkien" darba minnhom qalet, "Ejja norqdu flimkien." Lil min qalitha bla dubju nħasad xi ftit!

"Kien ixxukkjat u ferħan fl-istess ħin!" tgħid bid-daħka Florina! Araw xi żbalji fil-lingwa fil-passat sakemm tgħallmet sew!


Kyle Zarb