Angie Laus, il-preżentatriċi li tista' tgħid dejjem bi tbissima fuq wiċċha! Iżda ma kellhiex żmien faċli quddiemha wara li kellha lil binha Mick. Angie tirrakkonta minħabba kundizzjoni li qabditha, spiċċat b'għajnejha 'l barra u spiċċat konxja mmens minn dan.

Sfortunatament, kien hemm ħafna rġiel li kienu jgħaddulha kummenti xejn sbieħ! Kummenti li jweġġgħu u komplu għamlu s-sitwazzjoni agħar milli kienet. Iżda ċ-ċirasa fuq il-kejk waslet meta għaddietilha kumment tifla ċkejkna, tifla li għamlet dan l-ikbar innoċenza.

Minn hemm hi ddeċidiet li tieħu azzjoni. Tul il-podcast Angie se titkellem dwar dan u se tirrakkonta wkoll esperjenzi oħra li għexet. Esperjenzi sbieħ, esperjenzi ta' qsim il-qalb u esperjenzi li minnhom tgħallmet immensament.

Hi titkellem fuq il-missjoni u l-Eurovision, żewġ imħabbiet differenti minn xulxin iżda li kulħadd jaf kemm huma għal qalbha! Tul il-podcast ħa ssiru tafu aħjar lil Angie, ħa ssiru tafu aktar dwar ħajjitha, ix-xogħol u l-passjonijiet tagħha.

Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 11 ta' Marzu, mit-20:00 'l quddiem.


Emil Calleja Bayliss