It-tim ta' Awla jistaqsi, "F'pajjiżna għandna problema ta' piż?" Il-mistednin ser ikunu qed jitkellmu dwar ir-raġunijiet għaliex ħafna drabi n-nies jirrikorru għall-ikel, speċjalment meta jkunu għaddejjin min mumenti iebsin.

"Jiġu mumenti f'ħajti fejn ikolli problemi personali... issib l-ikel bħala comfort zone tiegħu", jistqarr wieħed mill-mistiedna. Apparti minn hekk, kemm-il darba nisimgħu dwar l-importanza li wieħed iqis  kliemu meta jitkellem ma' xi ħadd dwar il-piż. Mistiedna oħra tgħid, "Kelma ma tafx kif jeħodha dak li jkun."

Illejla Luke Dalli flimkien mal-mistiedna ser jiddiskuti l-eċċess tal-ikel, in-nuqqas tal-ikel, l-anoressija, il-bulimia, l-obesità u aktar. Segwi Awla llejla fit-20:35 fuq ONE.


Kyle Zarb