Waqt Kellymni ta' ġimgħa ilu, Melanie Kelly titkellem ma’ Stephanie Spiteri, fejn flimkien magħha sirna nafu lil din il-preżentatriċi mill-aqwa aktar mill-qrib.
Stephanie nafuha minn età żgħira fuq it-televiżjoni, u niftakurha tirrappreżenta lil Malta bħala mudella fuq skala internazzjonali. Iżda minkejja li nħossuna nafuha għax ilna snin twal narawha fuq it-televiżjoni, hemm episodji li forsi ma nafux jew qatt ma smajna dwarhom.
Il-preżentatriċi tmur anke lura fil-passat fejn tirrakkonta meta kienet ta’ sfida enormi għaliha biex tibqa’ miexja ’l quddiem u kellha problemi finanzjarji, iżda għelbet dan iż-żmien ukoll.
Stephanie ssemmi kif kienet tixtri xarba partikolari filgħodu u kien ikollha żżid il-flixkun bl-ilma biex iwassal tul il-ġurnata kollha. Titkellem anke kif kellha taħdem xogħol ieħor biex tlaħħaq mal-ispejjeż li kienet taffaċċja.
"Darba tħajjart għidt, 'nibda nbigħ il-propjetà, biex nipprova niġi fuq saqajja.'... Kif jagħmel kulħadd bdejt intella' fuq il-midja soċjali.'"
Stephanie tkompli dwar kumment li kien kiefer immens għal dak iż-żmien speċjalment. "Niftakar kiteb wieħed u qal, 'Trid tibla' d-dinja? Kollox trid tagħmel? Ħalli sold għal xi ħadd ieħor.' U dak il-ħin kelli aptit ngħidlu, 'Ħanini, kieku taf minn xiex qed inbati biex jiena b'xi mod jew ieħor inwassal l-ikel fuq il-mejda llejla..."
Segwi aktar hawn taħt: