Fuq il-programm tar-radju The Morning Vibe, li jsir fuq l-istazzjon Vibe Fm, ġie żvelat filmat ta’ Jonathan Abel li juri wieħed mix-xogħlijiet li kien jagħmel qabel ma sar radio host.

jon
Ritratt: Facebook/The Morning Vibe

Fuq il-programm, sħab Jonathan staqsewh biex isemmi x-xogħlijiet kollha li kien għamel f’ħajtu. Hu qal li l-ewwel wieħed kien ta’ pizzar, imbagħad tansferjawh għal pizzez u burgers, imbagħad sar waiter, kien DJ, kif ukoll mar jaħdem mal-Air Malta. Kif gradwa mill-università sar għalliem u issa qiegħed radio host.

Iżda kif jidher, kien hemm xogħol ieħor li għal xi raġuni Jonathan iddeċieda li ma jsemmix - dak ta’ attur! Fil-pront urewlu filmat ta’ bloopers li nstagħab moħbi fuq il-profil ta’ Facebook ta’ xi ħadd.

Bla dubju ta’ xejn tgħidx kemm daħaq. Tgħid għandu jmur lura għar-reċtar? Intom x’taħsbu? Tiftakruh jirreċta lil Jonathan Abel?

Facebook/Jonathan Abel


Nicole Barbara