Raniero minn Raniero’s Adventures - Live Life  ippubblika filmat taħt l-ilma fejn waqt li kien jogħdos viċin Filfla, inzerta ammont kbir ta’ fdalijiet ta’ bombi.

Hu jikkummenta li waqt din l-iskoperta hu ra aktar bombi milli ħut. Jidher li fil-passat il-Militari Ingliż kien jipprattika fuq Filfla, u dan seta’ rriżulta f’dak l-ammont ta’ fdalijiet ta’ bombi. 

Viċin Filfla wieħed irid jirreġistra għall-permess biex jogħdos lejn il-gżira. Ara aktar dwar x’instab fil-filmat HAWN


Kyle Zarb