Rachel Micallef, illum tista' tgħid li stabilixiet ruħha sew fil-qasam tal-personal training, hi kienet waħda mill-mistiedna fuq The Entertainers, fejn flimkien ma' Anton B. Dougall u Karmen Tedesco li ġejjin mill-qasam tal-ikel iddiskutew l-ikel abbażi tal-Maltin.

Ilkoll qablu li l-Maltin iħobbu ħafna l-ikel u jsibu kull skuża possibli sabiex jinkludu l-ikel.Karmen Tedesco tgħid li l-Maltin iħobbu jlaqqgħu l-familja u meta jagħmlu dan l-ammont ta' ikel li jsajru huwa kbir ħafna.

Huma jiddiskutu l-importanza tal-ippjanar f'kull dar, dan minħabba li meta wieħed jippjana x'ħa jiekol ikun qed jara fuq karta dak li ħa jkun qed jiekol tul il-ġimgħa u b'hekk ikollu idea ċara jekk dak li qed jiekol hux bilanċjat jew le.

Rachel titkellem dwar in-nutrizzjoni u tgħid li ma tistax tifhem kif il-Maltin jgħid li m'għandhomx ħin biex isajru ikel bnin, meta biex isajru ikel ieħor tista' tgħid li jieħdu l-istess ħin. Hi ġġib l-eżempju tal-pizza u biċċa tiġieġa.

Fil-filmat li tistgħu taraw hawn fuq, it-tlieta li huma jgħaddu pariri siewja ħafna sabiex dak li jkun isib il-bilanċ meħtieġ. Bi ftit dedikazzjoni mhux daqshekk diffiċli li wieħed isib bilanċ f'dak li jiekol. Permezz tal-ikel tista' tfejjaq lilek innifsek!


Emil Calleja Bayliss