Graziella Bartolo Pizzuto ta' Up & Up with Faith se tkun il-mistiedna ta' Melanie Kelly fuq il-Podcast ta' Gwida. Graziella se tkun qed titkellem fuq l-għażiża bintha Faith li twieldet bil-kundizzjoni tad-down sydrome. Hi ħolqot paġna fuq il-mezzi soċjali biex tqajjem aktar għarfien u taqsam l-esperjenza tagħha.

Hi titkellem dwar kif ħadet l-aħbar li fil-bidu ma kinitx faċli xejn iżda llum il-ġurnata ma timmaġinax ħajjitha mingħajr Faith. Graziella titkellem b'tant imħabba dwar bintha u dwar il-kundizzjoni tad-down syndrome. Hi tispjega kif it-tfal b'din il-kundizzjoni mhumiex kollha l-istess u kollha għandhom il-karattru individwali tagħhom.

Barra l-għażiża tagħha Faith, riċenti hi kellha tarbija oħra. Tul il-podcast titkellem dwar din l-esperjenza wkoll u d-differenza li rat fiha nnifisha f'din it-tqala u kif ċertu affarijiet baqgħu l-istess. Hi taqsam ma' Melanie esperjenzi oħra ta' ħajjitha li żgur se ssibu interessanti.

F'dan il-podcast se ssiru tafu lil Graziella Bartolo Pizzuto ta' Up & Up with Faith mill-viċin mela ngħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida.mt bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 13 ta' Jannar, mit-20:00 'l quddiem.


Emil Calleja Bayliss