Melanie Kelly kellha lil Toni Busuttil waqt Kellymni li ħareġ nhar it-Tnejn. Attur b'karattru tassew umli li nafuh f'diversi programmi lokali. F'uħud nafu lilu u f'oħrajn il-vuċi tiegħu tagħti l-ħajja lil numru ta' puppazzi.

Toni jitkellem dwar id-dipressjoni u l-esperjenzi tiegħu tul is-snin, inkluż id-drabi li wasal biex prova jtemm ħajtu. Toni llum il-ġurnata, grazzi għall-għajnuna li fittex jinsab aħjar iżda kien hemm żmien meta verament ħassu li jinsabu fil-qiegħ u li m'hemmx tama għalih.

Toni jitkellem dwar mumenti iebsin meta kellu jittieħed l-isptar wara li ħa ammont ta' pilloli. "Ħriġt nixrob qabel, dħalt fis-sakra d-dar, u ħadt il-pilloli kollha fil-bott li kellu missieri. L-isptar ikkalkulaw li ħadt 35..."

Ikompli jirrakkonta li ttieħed l-isptar wara li b'konsegwenza spiċċa waqa' mal-art. "Kien għad kelli r-rabja ġo fija. Fuq is-sodda tal-isptar lil missieri meta ġie jarani, għidtlu, 'x'ġejt tagħmel hawn? Jien nobodok'... Meta mort id-dar lura, intfajt fuqu nibki kemm niflaħ, niskuża ruħi, bdejt ngħidli, inħobbok'..."

Segwi aktar hawn taħt:


Gwida.mt