Fuq “Sibtek” ta’ nhar is-Sibt li għadda kien hemm ġbir ta’ fondi għal Inspire f'parti mill-programm. Fost l-istejjer kien hemm dik ta’ Jacob. Jacob għandu profil ta’ awtiżmu. Il-ġenituri ta’ dan it-tifel ta’ ħames snin qalu li meta saru jafu ħadu xokk kbir.

Jacob hu l-ewwel tifel ta’ Bernice u r-raġel tagħha Shaun li sabu l-għajnuna mill-Inspire. “Inspire tagħtina ħafna sapport u t-tifel qed jgħinuh ħafna jieħu għax dak li għandu bżonn. Konna narawh lura u mhux jintegra imma issa qed jagħmel komunikazzjoni bażika ma’ tfal oħra”.

Il-ġenituri qalu li meta kellhom it-tieni wild, Jacob kien imur fuq in-nies u jintroduċi lilu nnifsu li kien diġa pass kbir. “Għandu karattru ferrieħi u ma jaqtax qalbu. Int Jacob iċ-champion tagħna” jgħid missieru.

Segwi l-filmat hawn:


Anthony Baldacchino