Mary Demicoli kienet waħda mill-persuni li qasmu l-esperjenzi tagħhom waqt il-programm tal-bieraħ ta' Awla fejn iddiskutew l-ikel, il-piż u tant fatti relatati magħhom. Mary tkellmet dwar meta pruvat titlef il-piż.

Mary ssemmi kemm-il darba pruvat diversi modi biex tilħaq l-għan tagħha. F'xi waqtiet anke sabet min għamilhielha diffiċli u weġġagġha bi kliemu. F'appuntament minnhom li kellha saħansitra qal kummenti inaċċettabbli. 

"Provajt nidħol fi programm ta' weight loss. Il-verita, il-professur li rani prova jirredikolani. Jiena mort biex nipprova nitlef il-piż. Kieku kelli bżonn xi sesswologu kont immur għandu, għax l-ewwel ħaġa li qalli meta rani, 'ma nafx kif għandek ħajja intima mar-raġel.'"

Segwi aktar hawn taħt:

Facebook/ Awla


Gwida.mt