It-tenur internazzjoni Joseph Calleja ħabbar aktar kmien illum li l-kunċert li jagħmel ta’ kull sena se jkun qed isir b’differenza, minħabba l-imxija tal-Covid-19. Il-kunċert li normalment isir fuq il-Fosos tal-Furjana kien ġie kkanċellat aktar kmieni din is-sena minħabba r-restrizzjonijiet preżenti.

Bosta ħasbu li se jkollhom jistennew sena oħra sabiex jisimgħu u jgawdu t-talent ta’ Joseph Calleja u diversi oħrajn, iżda jidher li Calleja ħaseb biex xorta waħda jikkunenta lill-ammiraturi tiegħu b’mod ieħor.

Hu appella biex nibqgħu nsewgu l-paġna ta’ Facebook tiegħu għal aktar informazzjoni fil-jiem li ġejjin.

Facebook / Joseph Calleja


Maria  Desira