Il-Kaboċċ dejjem b'xi waħda ġdida! Illum ommu Agnes tiċċelebra għeluq sninha u ma setax jonqos li f'dan il-jum u jħejji xi ċajta ħelwa lil ommu. Taf int hux, sabiex jiċċelebrawha bl-aħjar mod li jafu u xejn xejn inisslu tbissima fuq wiċċ dak li jkun.

Donnu li Agnes ma kinitx qed tistenna li f'għeluq sninha ħa tispiċċa vittma ta' binha li sejħilha waqt li kienet għaddej jiffilmja, ta bewsa imbagħad f'daqqa waħda faqalha bajda fuq rasha u xeħtilha skoss dqiq ukoll.

Il-Kaboċċ infaqa' jidħak u għadda passata iżda ommu bil-ħasda offendietu tnejn! Insomma, dawn it-tnejn dejjem b'xi waħda ġdida imma bħal dejjem irnexxielhom inisslu tbissima fuq wiċċ kull min isegwihom.

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Agnes l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha.


Emil Calleja Bayliss