Karl Bonnici, ir-resident li ġie fit-tieni post f'Big Brother Malta, tkellem dwar l-importanza li dejjem jagħti lir-rispett. Hu dejjem għamilha ċara, u min forsi ħass li ma kienx qed jurih biżżejjed, wasal f'punt fejn kellu jittollerah.

"Kif jaf naħseb kulħadd issa, ir-rispett huwa l-ewwel ħaġa f'ħajti. Jien li bniedem qed jitkellem u int taqbeż fuqu, għalija m'intix qed tirrispettah... kien hemm ċerti nies minnhom li mhux qed jeħduha... għidt jew ngħolli t-tolleranza u nittollerahom, jew inkella ħa nagħmel ħajti infern u ħajjithom infern, allura għidt nibda nittollera iktar."

Meta mistoqsi jekk kien jaħseb li kellu ċans jasal sal-finali u jirbaħ, Karl jgħid, "Fil-bidu ma kontx naħsibha li nasal fejn wasalt, biss il-ħadd ta' qabel il-finali, peress li kont l-ewwel finalist, għidt għandi ċans kbir li nirbaħ."

Ara dwar x'semma aktar Karl waqt l-intervista.


Kyle Zarb