Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom Danusan tefgħu filmat ieħor, li ssoltu, bla ma trid iġiblek tbissima fuq fommok! Din id-darba l-protagoist kien l-attur u preżentatur Ben Camille!

Fil-filmat Danusan laqqgħuna ma' ħaddiema fil-ħwienet b'diversi karattri, kollha rnexxielhom jagħtu impressjoni differenti lil Ben Camille. Fil-fatt waħda ħadet grazzja miegħu, u għamlitha daqsxejn ovvja, l-oħra dehret kemxejn inferfxa, l-ieħor li ma jarax (avolja jaħseb li jara ħafna), u oħrajn. 

L-iskop ta' dan il-filmat kien dwar l-importanza li titbissem u li tkun ħelu mal-klijenti tiegħek. Infatti, Ben ħa impressjoni tajba tal-aħħar żewġ salespersons, li kienu tant ħelwin u edukati miegħu.

Araw ir-reazzjonijiet ta' Ben, l-aktar x'ħin tal-ħanut qallu li l-kont ġieh 1,200!


Kyle Zarb