L-artista lokali Megan May, li ħafna jiftakruha mill-grupp F.A.I.T.H. iżda tul dawn l-aħħar snin kisbet aktar popolarità bħala solista, poġġiet ma' Jake Cuschieri fuq Homegrown fejn iddiskutiet diversi aspetti tal-karriera mużikali tagħha u l-pass li jmiss fil-karriera tagħha.

Hi tirrakkonta episodju kemxejn tad-daħk u fl-istess ħin imbarazzati, meta darba fost l-oħrajn spiċċat biex għamlet pipi taħtha u tispiċċa tgħid li deher. Hi tistqarr li din ġratilha darbtejn, waħda ilha u oħra ġrat is-sena li għaddiet. Hi tgħid li ma kinitx tiflaħ iżżomm iżda kien imissha titla' fuq il-palk u spiċċat għamlet taħtha waqt li l-mużika kienet bdiet.

Bl-iżjed mod umli tgħid li bdiet tibża' li għandha xi ħaġa fil-bladder tagħha. Iżda bogħod minn dan, Megan tkellmet dwar il-fatt li se tkun qed timxi sena Londra fejn se tkompli tistudja fuq il-mużika, il-produzzjoni tagħha u sound engineering ukoll.

Hi tgħid li tixtieq li ssir produttur tal-mużika u tixtieq li tkun vuċi biex tgħin artisti oħra fix-xena lokali.

Facebook / Megan May


Emil Calleja Bayliss