Ftit jiem ilu, waqt Illum ma’ Steph fuq TVM, Stephanie Spiteri qasmet mas-segwaċi tagħha kelma bil-Malti li tibda bl-ittra ‘p’ u li lilha ddarasha daqsxejn mhux ħażin.
Hi u tiċċekkja n-nies qatgħux x’inhi l-kelma, kienet akkumpanjata mill-Prof. Michael Spagnol, lettur fid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta. Id-daħq ma naqasx bejniethom it-tnejn.
Il-kelma kienet ‘peduna’. Spagnol saħansitra ħarġilha peduna u Steph spiċċat qagħdet ixxommha bit-tama li tifhem minn fejn ġabha. “Qatt kien hemm xi ħadd fuq l-istazzjon nazzjonali li qagħad ixomm il-peduni?” irreaġixxa Spagnol b’ton ċajtier.
Araw eżatt x’ġara hawn taħt: