Tfal tal-iskola taw merħba mill-isbaħ lil Selah - dik it-tifla Palestinjana li qed tingħata l-kura f'Malta.

Wara li ġiet milqugħa mill-ilħna sbieħ tat-tfal ikantaw l-għanja sabiħa ta' Peace, Selah ingħatat kartolina mill-isbaħ bħala merħba.

Is-Surmast Lelio Spiteri, attiv ferm fuq il-mezzi soċjali, saħaq li din kienet opportunità tajba sabiex nuru lit-tfal il-kruha tal-gwerra. 

"L-iskop kien li t-tfal jifhmu aktar l-importanza tal-paċi u l-ftehim. Il-gwerra ġġibb biss inkwiet u aktar vjolenza," saħaq is-Surmast Lelio.

Intant, żgur li Selah qed tingħata l-kura li teħtieġ hekk kif tinsab Malta, 'il bogħod mill-perikli kollha mposti mill-kunflitt li hemm bejn l-Iżrael u l-Palestina.

Prosit tassew!


Cristian Tonna