John Role qasam filmat ta' Gordon, Gordon huwa l-ġuvni li ftit tal-jiem ilu ġie nieqes ħabta u sabta fl-età ta' 32 sena. Gordon jitkellem dwar il-fatt li hu kien ġie fostered minn familja u kemm din il-familja ħalliet impatt pożittiv f'ħajtu.

Hu jistqarr li jemmen fil-pjan ta' Alla u grat li kellu ċ-ċans li jgħix, jikber u jitrabba f'din il-familja li provdietlu kenn. Hu jaqsam ħsieb mill-isbaħ waqt din l-intervista u anke jagħti eżempji mill-Bibbja. Hu jitkellem dwar l-importanza tal-fostering u kemm dan jista' jbiddel ħajjet persuna.

Minn hawn, f'isem it-tim ta' Gwida.mt insellmu l-memorja ta' Gordon u nagħtu l-kondoljanzi tagħna mill-ġdid lill-familjari u ħbieb tiegħu.


Emil Calleja Bayliss