Fuq il-programm Primetime kien mistieden il-kantant u rebbieħ ta’ Mużika Mużika Glen Vella. Minnufih il-preżentatur Owen jawguralu għal għeluq sninu u jurih is-sorpriża ċkejkna li preparawlu.

Id-diskussjoni taqa’ bla dubju fuq wieħed mill-isbaħ mumenti li kellu Glen din is-sena, Mużika Mużika. Jitkellem dwar l-ewwel mumenti tal-vjaġġ li kellu għall-kanzunetta Ħarsa Biss, fejn qal li malli qara l-lirika u semagħha mill-ewwel għoġbitu. Glen emozzjona ruħu għax il-kanzunetta ħaditu lura fiż-żminijiet ta’ meta r-relazzjoni tiegħu u ta’ żewġu Sandro kienet għadha fil-bidu. Jitkellem ukoll dwar is-sentiment kbir li ħass meta rebaħ u l-messaġġ li għadda lill-pubbliku wara li rċieva t-trofew. 

Lejn l-aħħar tal-intervista Owen preparalu sorpriża oħra! Filmat esklussiv li deher għall-ewwel darba fuq it-Televiżjoni propju dakinhar waqt il-programm. Bażikament il-filmat kien ta’ Glen Vella jkanta fi żmien meta kellu stil ta’ xagħar partikolari, magħruf bħala mushroom. Ommu Martina jidher li għaddietu lil Owen biex jurih, b’sorpriża għal Glen!

Segwi aktar billi tagħfas hawn taħt.


Kyle Zarb