Glen Vella se jkun il-mistieden ta' Melanie Kelly fuq il-Podcast ta' Gwida - Kellymni. Glen jitkellem dwar l-imħabba kbira li għandu lejn il-ġenituri tiegħu, imħabba li rawmuh fiha minn meta kien għadu tifel u li dejjem urewh is-sapport tagħhom. Sapport li taw lilu u lil ħutu b'mod ugwali, u ma kellux x'jaqsam mal-orjentazzjoni sesswali tiegħu. 

Glen jifhem li forsi mhux kulħadd għandu l-istess xorti mal-ġenituri tiegħu għax jaf numru ta' persuni qrib tiegħu li ma kellhomx l-istess xorti u b'hekk tassew grat għal dan il-fatt. Iżda hu jistqarr li kull ġenitur għandu jkun hemm għall-uliedu b'sapport kif kienu hemm il-ġenituri tiegħu.

Hu jaqsam episodju mill-isbaħ ta' waħda mill-aktar memorji sbieħ li għandu minquxa ġewwa qalbu, memorja ta' meta rebaħ il-Malta Eurovision Song Contest. Memorja li tinvolvi lil ommu u lil missieru li qatt ma qasam qabel u probabbli anqas huma stess ma jafu dwarha. 

F'dan il-podcast se ssiru tafu lil Glen Vella mill-viċin mela ngħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida.mt bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 9 ta' Diċembru, mit-20:00 'l quddiem.


Gwida.mt