Ilbieraħ ħabbarna li waqt il-maratona 926 To Finish li se ssir għada sabiex tinfetaħ it-tieni Dar Bjorn, is-segwaċi se jkunu qed jisimgħu għall-ewwel darba l-verżjoni akustika tal-kanzunetta li Glen Vella rebaħ biha f’Mużika Mużika. Fuq il-midja soċjali għadha kemm ġiet ippubblikata l-verżjoni ġdida tal-kanzunetta Ħarsa Biss, din id-darba interpretata minn Glen Vella flimkien ma' Jasmine Abela, Giada (Jade Vella) u Gaia Cauchi.

Verżjoni akustika li tant nies kienu qed jistennew biex jisimgħu, u ntgħoġbot immens. Il-kantanti rċevew diversi kummenti sbieħ mill-pubbliku u jidher li l-idea li jkantaw flimkien intlaqgħet minn ħafna.

Din il-verżjoni tal-kanzunetta saret b'mod speċjali għal għan nobbli b'risq il-ġbir ta' fondi għal DAR BJORN. Idħlu fil-paġna uffiċjali biex tkunu tafu kif tistgħu tgħinu intom ukoll.


Kyle Zarb