Jumejn ilu, il-paġna ta' DAR Bjorn qasmet filmat tassew ħelu! Filmat ta' Karen tiċċelebra għeluq sninha flimkien ma' żewġha u r-residenti. Huma qasmu l-filmat fuq il-paġna tagġhom fejn kitbu, "Ara min għandu l-birthday! Karen ċċelebrat għeluq sninha ma' sħabha u r-raġel tagħha Ivan f'DAR Bjorn Żebbuġ. Awguri Karen."

F'isem it-tim ta' Gwida, nixtiequ nieħdu l-opportunità li nawguraw lil Karen l-isbaħ xewqat. Ninsabu ċerti li f'DAR Bjorn qed jagħmlu mill-aħjar sabiex il-bżonnijiet tagħha jiġu mħarsa u ma jkun jonqosha xejn. Sabiħ li tara ċelebrazzjonijiet bħal dawn għax il-pazjenti li jinsabu ġewwa DAR Bjorn iqawwu qalbhom u jkollhom xi ħaġa speċjali għal xiex jaspiraw f'jum daqstant għażiż!

Il-ġid li qed iwettqu huwa tassew kbir! Awguri mill-ġdid Karen!

Facebook / DAR Bjorn


Emil Calleja Bayliss