Dawk kollha li jsewgu lil Emma Muscat taf kienu mħassba xi ftit minħabba l-fatt li kienet ilha ma tidher fuq il-mezzi soċjali. Jidher li Emma ddeċidiet li tibqa' xi ftit 'il bogħod u taħdem fuq affarijiet oħra waqt li qiegħda lil hinn minn għajn il-pubbliku.

Hi qalet li tinsab tajba imma riedet ftit ħin għaliha nfisha. Fost affarijiet oħra, hija bidlet kemxejn il-kulur ta' xagħarha. Hi tistqarr li f’dan il-perjodu ħadmet ħafna fuq il-mużika tagħha u ħerqana ħafna sakemm jasal iż-żmien biex inkunu nistgħu nisimgħu dak li kienet qed taħdem fuqu.

Il-kantanta Maltija li tajret il-bandiera Maltija f'Turin is-sena li għaddiet daqt tiċċelebra għeluq sninha. Hi ħa tagħlaq 23 sena. Emma ħadet iċ-ċans u irringrazzjat lil kulħadd tal-ħafna messaġġi li rċeviet f’dan il-perjodu.

Facebook / Emma Muscat


Emil Calleja Bayliss